DORIE

Documentation & Research on the European Institutional matters
X'inhi DORIE? - Dorie
X'inhi DORIE?

X'inhi DORIE?

DORIE (fil-qosor għal DOcumentation et Recherche sur les questions Institutionnelles Européennes) hija bażi tad-dejta li tipprovdi l-kollegi interessati fi kwistjonijiet istituzzjonali, u lil udjenza speċjalizzata permezz ta' Europa, aċċess għall-ġabra ta' dokumenti li nġabru tul is-snin mill-unità responsabbli mill-kwistjonijiet istituzzjonali tas-Segretarjat-Ġenerali. Mhijiex ġabra kompleta, iżda fiha għażla ta' dokumenti jew siltiet ta' dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet istituzzjonali ġenerali u mal-bosta konferenzi intergovernattivi (inkluża l-Konvenzjoni Ewropea tal-2002-03) li għamlu tibdiliet fit-trattati fundaturi. F'DORIE għandek issib ukoll dokumenti reċenti relatati ma' kwistjonijiet istituzzjonali. Iż-żmien kopert f'DORIE jibda mill-1946 (l-aktar dokument antik disponibbli fl-applikazzjoni) sa llum.


X'tip ta' dokumenti fiha DORIE?
Il-bażi tad-dejta fiha strumenti legali adottati mill-Istituzzjonijiet, minuti tal-laqgħat tal-Istituzzjonijiet u entitajiet Ewropej, stqarrijiet għall-istampa, artikli tal-gazzetta, diskorsi tal-mexxejja Ewropej u noti interni tal-Kummissjoni. It-tiftix tiegħek jagħtik aċċess għal folja ta' informazzjoni għal kull dokument, kif ukoll għad-dokument innifsu, sakemm il-kontenut ma jkunx protett bi drittijiet tal-awtur. Xi dokumenti huma għall-użu intern tal-Kummissjoni biss u ma jistgħux jitqassmu barra l-Istituzzjoni.


Lingwi fil-bażi tad-dejta
Tista' tesplora din il-bażi tad-deja speċjalizzata bl-Ingliż u bil-Franċiż. Għal raġunijiet storiċi, ħafna dokumenti, uħud minnhom li jmorru lura għaż-żmien bikri tal-Kumunità Ewropea, jinstabu biss bil-Franċiż jew bl-Ingliż. Xi dokumenti huma b'ħafna lingwi, u għadd żgħir minnhom jinstabu bl-ilsna kollha. Jekk ma jirnexxilekx issib il-verżjoni tal-lingwa li trid f'DORIE, għandu mnejn jirnexxilek issibha fuq bażijiet oħra tad-dejta bħal Eur-lex,


Kif tista' tfittex fuq il-bażi tad-deja?
Il-kontroreferenzi jippermettulek issib il-pożizzjonijiet li ħadu d-deċiżuri Ewropej varji dwar temi istituzzjonali li huma elenkati f'direttorju li tista' tibbrawżja (eż l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea / Proċeduri ta' votazzjoni jew ta' deċiżjonijiet / Definizzjoni ta' maġġoranza kwalifikata). Tista' tfittex il-bażi tad-dejta billi tuża l-kriterju tat-"Temi" jew tagħżel kriterji oħra proposti fit-tab "Oqsma prinċipali", jiġifieri titlu tad-dokument, data, referenza u /jew tip, l-arena fejn ġiet espressa l-pożizzjoni (eż. Konferenza Intergovernattiva, IGC/Amsterdam), awtur tal-pożizzjoni espressa (eż. il-Kummissjoni). Tista' tikkombina bosta kriterji ta' tiftix jew tuża t-tiftix tat-"test sħiħ".